Għadd ta’ membri paralmentari Ewropej fosthom żewġ viċi presidenti tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej u membri parlamentari Sloveni u Kroati u ex mexxejja taż-żewġ pajjiżi sejħu għar-riżenja ta’ Antonio Tajani minn President tal-Parlament Ewropew.
Is-sejħa għar-riżenja ta’ Tajani saret f’petizzjoni bi kliem iebes u bi tweġiba għall-kummenti li għadda l-Ħadd li għadda.
“Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, is-Sur Tajani uża retorika inaċċettabbli u b’mod qarrieq u ċar ipprova jagħmel reviżjoni sħiħa ta’ ġrajja storika marbuta ma’ dak li seħħ wara t-Tieni Gwerra Dinjija f’Istria u f’Dalmatia”, qalet il-petizzjoni.
Il-firmatarji tal-petizzjoni akkużaw lill-President tal-Parlament Ewropew li bla dubju kien qiegħed jesprimi sentimenti faxxisti, tendenzi ta’ irredentist (wieħed li jżomm li pajjiżu għandu l-jedd jieħu lura kull territorju li fi żmien kien tiegħu) li aħna nqisu li assolutament mhumiex xierqa.”