Razvan Aurel Stefan ta’ 38 sena mir-Rumanija intbagħat 28 xahar ħabs wara li nstab ħati ta’ pickpocketing.
Huwa ġie mixli mill-Ispettur Jeffrey Scicluna li seraq portmoni ta’ mara fl-aħħar tas-sena li għaddiet. Il-portmoni kellu ammont ta’ flus kontanti u karti ta’ kreditu li ntużaw biex jinġibdu xi flus.
Huwa kien mixli wkoll b’użu ħażin ta’ passcodes u li wettaq dawn ir-reati f’lokalitajiet differenti.
Huwa kien qed jiġi akkużat flimkien ma’ Andrei Dinica ta’ 47 sena, ukoll mir-Rumanija u li l-ġimgħa l-oħra ġie kkundannat sentenza sospiża.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima sabet lil Stefan ħati u ġie kkundannat sentenza ta’ 28 xahar priġunerija.