Is-Sindku taż-Żebbuġ Għawdex Nicky Saliba ddikjara f’laqgħa tal-Kunsill Lokali l-Ħamis filgħaxija li fl-elezzjoni li jmiss mhux ħiereġ mal-Partit Nazzjonalista u se joħroġ indipendenti.
Jirriżulta li dan kien riżultat ta’ inkwiet intern tant li fil-laqgħa Saliba ddikjara li se jirriżenja mill-Partit Nazzjonalista u jibqa’ indipendenti. Iżda, iktar minn hekk iddikjara li għandu l-esperjenza meħtieġa biex jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni f’ismu u mhux f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Din ir-riżenja tingħaqad ma’ bosta oħrajn li kellu l-Partit Nazzjonalista kemm ilu li laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista b’uħud mill-kunsilliera tkellmu diġà fl-aħħar ġimgħat dwar kif ma kinux se jibqgħu jimmilitaw fil-Partit li ilhom fih snin.