Għexieren ta’ persuni li jħaffru għad-deheb fiż-Żimbabwe huma maħsuba mejta wara li x’aktarx inġarru mal-ilmijiet f’għargħar kbir li għerreq żewġ minjieri.
Timijiet ta’ salvataġġ għaddejjin b’operazzjoni delikata biex ineħħu l-ilma u jfittxu għall-iġsma ta’ xi nies li jista’ jkun salvaw fil-minjieri viċin il-belt ta’ Kadoma.
Iż-żewġ minjieri msejħa Silver Moon Mine u Cricket Mine, jitmexxew minn kumpaniji rreġistrati.
Għadu mhux magħruf jekk il-vittmi kinux qed joperaw b’permess meta kienu taħt l-art iħaffru għad-deheb.
B’kollox kien hemm 38 persuna fiż-żewġ minjieri, u l-uffiċjali qed jaħsbu li ħadd minnhom ma salva.