Il-Kummissarju Ewropew tal-Islovenja ħaditha qatta bla ħabel kontra l-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani dwar il-mod li bih qalet li pprova jqarraq b’fatti storiċi dwar il-fruntiera tal-Islovenja u tal-Italja.
Hija qalet li l-kummenti ta’ Tajani kienu ta’ tħassib, u ma kinitx tistennihom minn mexxej ta’ istituzzjoni ewlenija fl-Unjoni Ewropea bħalma huwa l-Parlament Ewropew.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ Tajani wasslu wkoll għall-kundanna tal-President tal-Kroazja li sejħitilhom bħala mhux xierqa u inaċċettabbli.
F’ittra lil Tajani talbitu jagħmel apoloġija ċara dwar dawn id-dikjarazzjonijiet – li wasslu wkoll għall-kundanna tal-President tal-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej li nnota kif bniedem fil-pożizzjoni tiegħu għandu jkollu għarfien politiku u jifhem li m’għandux jagħmel dikjarazzjonijiet qarrieqa.