Fi stqarrija l-kumpanija Gozo Channel ħabbret li l-MV Malita ser terga’ lura fis-servizz mill-Ħamis 14 ta’ Frar. Il-kumpanijarringrazzjat lill-klijenti kollha tal-koperazzjoni waqt li l-MV Malita kien barra mis-servizz u fl-istess ħin wegħdet li ser tkompli timmira li tilħaq l-ogħla livelli ta’ sigurtà, kwalità u puntwalita’ fis-servizz.