Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jinforma lill-pubbliku permezz ta’ stqarrija li, wara informazzjoni li rċieva, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni li jbatu minn allerġiji kkawżati mill-ikel minħabba li t-tikketta mhijiex bil-lingwa uffiċjali u għaldaqstant l-allerġeni indikati fuq it-tikketta jistgħu ma’ jintgħarfux.
Isem tal-prodott: Twix
Allerġeni ndikati fuq it-tikketta imma
mhux bil-lingwa uffiċċjali: Qamħ, Ħalib, Soja Ġellewż, Lewż, Xgħir u Ħafur
Isem tal-prodott: Mars
Allerġeni ndikati fuq it-tikketta imma
mhux bil-lingwa uffiċċjali: Ħalib, Xgħir, Soja, Bajd, Karawett, u Ġellewż
Isem tal-prodott: Snickers
Allerġeni ndikati fuq it-tikketta imma
mhux bil-lingwa uffiċċjali: Karawett, Ħalib, Bajd, Soja u Ġellewż
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal
Intant fi stqarrija minn Francis Busuttil & Sons (Marketing) Ltd li huma d-distributuri uffiċjali taċ-ċikkulati msemmija nfurmaw lill-klijenti tagħhom li dawn il-prodotti li huma ddistribwiti minnhom għandhom it-tiketti meħtieġa bil-lingwa Ingliża.
Ifakkru wkoll lill-konsumaturi li jbatu minn allerġiji partikolari biex dejjem jaqraw it-tabelli fuq il-prodotti qabel jikkunsmawhom.