Minn tal-inqas 17-il persuna tilfu ħajjithom u erbgħa oħra ndarbu f’nar f’lukanda f’New Delhi, l-Indja.
Intqal li bosta mill-imwiet fl-Arpit Palace Hotel seħħew minħabba d-dħaħen li belgħu, filwaqt li mara mill-Myanmar tilfet ħajjitha wara li qabżet mill-għoli biex tipprova taħrab in-nirien.
Jidher li l-lukanda kellha permess għal erba’ sulari, iżda fil-verità kellha sitt sulari, inkluż sotterran u kċina fuq il-bejt.