Skont riċerka xjentifika n-numru ta’ insetti qed jonqsu drastikament b’40% madwar id-dinja kollha.
L-istudju jgħid li n-naħal, in-nemel u insetti oħra qed jisparixxu 8 darbiet iktar malajr mill-għasafar u rettili.
L-istudjużi jgħidu li d-dubbien u l-kokrowċ però se jkomplu jiżdiedu.
Il-popolazzjoni tal-insetti qed tonqos b’rata mgħaġġla minħabba prattiċi insensittivi ta’ agrikoltura, l-użu ta’ pestiċidji u bdil fil-klima.
L-insetti jiffurmaw parti sostanzjali mill-ħlejjaq li jgħixu fid-dinja u jagħmlu ħafna ġid lil speċi oħrajn kif ukoll lill-bnedmin.
Huma jipprovdu ikel lill-għasafar, friefet il-lejl, apparti li jkunu ta’ ġid għall-ħamrija wkoll.
Fil-fatt, terz tal-ispeċi ta’ insetti huma fil-periklu li jispiċċaw darba għal dejjem.
Skont l-awtur Dr Francisco Sánchez-Bayo, mill-Università ta’ Sydney, “Dan huwa kawża tad-diforestazzjoni madwar id-dinja”.
“It-tieni raġuni hija ż-żieda fil-fertilizzanti u pestiċidji li jintużaw b’mod globali, li jkun fihom kimiċi tossiċi ta’ kull tip. Dan biex ma nsemmux il-bdil fit-temperaturi b’mod partikolari f’akkwati hekk msejjħa tropiċi fejn hemm l-ikbar impatt ta’ dan”.