Għexieren ta’ eluf ta’ persuni nġabru fil-kapitali Spanjola Madrid biex isemmgħu leħinhom kontra l-pjan tal-Gvern Spanjol immexxi mill-Prim Ministru Pedro Sanchez li jrid inaqqas it-tensjoni mar-reġjun ta’ Katalunja.
Madwar 45,000 elf persuna mlew it-toroq biswit pjazza ewlenija f’Mardid u kantaw kanzunetti tal-artisti Tom Jones u Lady Gaga.
Huwa żammew kartelluni bi frażijiet bħal “For a united Spain” u “Elections now” fuqhom.
Dawn li kkampanjaw għall-indipendenza fil-Katalunja reġgħu kisbu l-poter f’Barċellona f’Mejju tas-sena l-oħra, wara li kienu taħt il-kontroll tal-Gvern ċentrali għal seba’ xhur.