Kullħadd b’xortih fid-dinja. Min jiġġudika x-xbejbiet u jiflihom minn rashom sa saqajhom u min jiġġudika l-isbaħ mogħża. Hekk ġara f’raħal fil-Litwanja fejn għadd ta’ mogħoż għaddew minn qalb in-nies u l-ġurija kellha timxi b’reqqa liema bħalha ma’ linji gwida apposta. Finalment kienet il-mogħża bl-isem ta’ Demyte li rebħet dan il-konkors annwali u sidha mar tajjeb ukoll għaliex miegħu ħa bħala premju numru ta’ kejkijiet u vażetti tal-għasel.
Edward Montebello
Gradwat fl-istorja u kien jgħallem l-istorja u suġġetti oħra f’livell sekondarju u primarju. Kiseb ċertifikat dwar il-Komunikazzjoni minn Public Administration f’Londra b’taħriġ li sar fost oħrajn fil-BBC News Studios u l-kwartieri ta’ Thomson Reuters f’Londra. Issieħeb fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE fl-2009 u ilu jmexxi ONE News minn Marzu 2020.