Kyle Micallef ta’ 28 sena minn Birżebbuġa tressaq il-Qorti akkużat li beżża u hedded lit-tfajla tiegħu.
L-ispettur Trevor Micallef rrakkonta kif fil-jum tal-Ġimgħa l-vittma rraportat kif waqt li kienet fil-karozza ma’ missierha l-akkużat saq b’lura għal fuqha. Hija wkoll irraportat dwar dan mal-Appoġġ. Fil-passat huw heddidha wkoll fuq it-telefon.
Wara li wieġeb mhux ħati, l-avukat difensur talab għall-ħelsien mill-arrest .
Il-Qorti tatu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000. Dan filwaqt li huwa ma jistax javviċina lill-vittma jew familjari tagħha.