Mario Galea ta’ 62 sena minn Ħaz-Żebbug tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għal ibnu u li pponta sikkina lejh u ħareġ mus għalih. Dan filwaqt li heddu u ingurjah bi kliemu.
L-Ispettur Alfredo Mangion spjega kif il-bieraħ iben l-akkuzat mar l-għassa ta’ Ħaż-Żebbug u rraporta li kellu xi jgħid ma’ missieru.
Meta marru fir-residenza tiegħu sabu lill-missier li stqarr magħhom li jekk jara lit-tifel “iħanxru”.
L-akkuzat m’ammettiex l-akkuzi miġjuba kontrih. L-Avukat difensur Dr. Jacques Grima talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni m’opponietx għat-talba hekk kif it-tifel għandu post alternattiv fejn jirrisjedi u dalghodu digà telaq mid-dar.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €250.