Żabbari ta’ wieħed u għoxrin sena ġie arrestat wara li ħebb għal Surġent tal-Pulizija stazzjonat fit-taqsima tat-traffiku u ħarab minn fuq il-post. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ wara nofsinhar quddiem il-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
Jidher li ż-żgħażugħ kien qiegħed isuq karozza tat-tip BMW x’’ħin twaqqaf mis-Surġent Frank Sciberras sabiex joħroġlu ċitazzjoni. Malli ngħata t-taħrika, allegatament iż-żgħażagħ ħebb għas-Suġent bil-konsegwenza li t-tnejn li huma spiċċaw mal-art.
Kien hawn li ż-żgħażugħ irnexxielu jaħrab minn fuq il-post. Madankollu d-dnub ma jorqodx dan hekk kif madwar siegħa wara l-allegat każ, il-karozza nstabet fi Triq Sant’ Ubaldeska f’Raħal Ġdid- biż-żgħażugħ ġie arrestat fl-istess akwati.