Raġel ta’ tmintax-il sena minn Bormla ma ngħatax il-ħelsien mill-arrrest wara li ġie mixli li stupru lis-sieħba u lil ommha.
L-akkużat li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-qorti ġie akkużat li stupra mara vulnerabbli. Huw ġie mixli wkoll li darab ukoll lil bintha u li kellu x’jaqsam sesswalment magħhom kontra r-rieda tagħhom.
Huwa ġie mixli wkoll li darab lil oħt is-sieħba tiegħu u lil ommha u li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ tfajla ta’ 15-il sena fl-istess famija li hu mifhum li hija s-sieħba tiegħu.
L-akkużat li ma jaħdimx wieġeb mhux ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih.
Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman qal li kienet it-tfajla tal-akkużat li rrapportat l-allegat abbuż lill-Pulizija. Hija lmentat li l-akkużat kien qed jittrattaha ħażin u li kien qed jaġixxi b’mod ħażin.