B’rabta mal-investiment tal-Corinthia, il-Gvern reġa’ wettaq dak li jwiegħed. Ikkonsulta u sema’ biex itejjeb fl-interess tal-pajjiż. Huwa frott din il-konsultazzjoni li l-gvern saħansitra qed itejjeb dak propost oriġinarjament. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-PL qal li anke Adrian Delia għamel kif għamel dejjem. Ħareġ jattakka investiment li kien għad hemm diskussjonijiet u negozjati dwaru. Fuq kollox Adrian Delia mhux kredibbli għaliex jikkritika l-gvern li kieku jibqa’ għaddej, imma jikkritikah ukoll għax jikkonsulta.
L-istqarrija tgħid li biex filwaqt li l-gvern reġa’ ħareġ bħala dik il-forza politika li tista’ tirraġuna magħha, Adrian Delia reġa’ ħareġ ta’ politiku negattiv li joħroġ qatta bla ħabel kontra kollox u kulħadd. Saħansitra din id-darba bidel il-pożizzjoni tal-PN minħabba l-kunflitt intern bejn fazzjonijiet differenti fil-PN. Attakka l-investiment biex ippattiha.