3 barranin Rumeni, żewgt irġiel u mara, ġew arrestati wara li allegatament inqabdu jisirqu l-portmonijiet fil-venda tal-linja fil-Belt Valletta.
Dan ġara għall-ħabta tal-4.30pm wara rapport li daħal lill-pulizija ta’ allegatament serq fuq persuni telgħin fuq tal-linja.
Ir-Rapid Intervention Unit, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn hemmek arrestaw lil dawn it-tliett Rumeni.
Dawn qed jinżammu fid-depot tal-pulizija għal aktar interogazzjoni.