Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u għall- Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ltaqa’ ma’ studenti barranin mid-Diplo Foundation li qed jistudjaw f’livell ta’ Masters u Postgraduate fid-Diplomazija Kontemporanja.
Permezz tat-teorija u l-prattika, dan il-kors jiggwida professjonisti fir-relazzjonijiet internazzjonali biex jiffukaw fuq sfidi kontemporanji.
Il-Ministru Abela laqgħa lill-istudenti u awguralhom iktar suċċessi fl-istudji tagħhom.
Huwa tkellem dwar l-importanza tad-djalogu u l-kooperazzjoni li tgħinhom biex jaħdmu flimkien.