Żewġt aħwa Portugiżi nżammu arrestati wara li ġew mixli b’negozju ta’ twapet li bih kienu qed jingannaw lill-bejjiegħa
Iż-żewġt irġiel, li għandhom 36 u 32 sena rispettivament, qalu li ma jaħdmux, u wieġbu mhux ħatja.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużati ppruvaw ibigħu twapet b’ingann billi qalu li huma maħdumin bl-idejn u ta’ kwalità superjuri.
Dan filwaqt li kienu qed jitolbu prezzijiet li kienu jleħqu l-2,000 ewro.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, laqgħet it-talba għal divjet fuq l-ismijiet.