Ġie iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kitchen Garden, li se joffrilhom iżjed serħan il-moħħ.
F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie ffirmat il-ftehim kollettiv ġdid, ingħad li l-ħaddiema kollha li kienu fuq kuntratt definit issa se jkollhom il-kuntratt tagħhom indefinit.
Dan il-ġnien jimpjega 15-il ħaddiem fuq fulltime u 9 oħra part time.
Is-Segretarju għat-taqsima tal-ospitalità u l-ikel tal-General Workers Union Kenny Muscat, saħaq li dan il-ftehim huwa bażi tajba li tħejji għal iżjed titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.
Kenny Muscat is-Segretarju għat-taqsima tal-ospitalità u l-ikel qalet:”“Il-General Workers Union sodisfatta ħafna b’dan il-ftehim kollettiv. L-ewwel nett se jagħti iżjed serħan tal-moħħ lill-ħaddiema fejn dawn illum il-ġurnata se jkunu qed igawdu minn kuntratt indefinit. Plus hekk għamilna bażi biex inkunu qed intejbu l-kundizzjonijiet fl-iktar żmien qasir possibli.”
Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja ddeskriva dan il-ftehim bħala suċċess għax juri li min iħaddem lest jinvesti fil-ħaddiema tiegħu.
Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca qal li l-Malta Community Chest Fund se tkompli tinvesti fil-ħaddiema tal-Kitchen b’aktar taħriġ.