Raġel Taljan ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar, waqa’ xi għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni ġewwa l- Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Dan ġara għall-ħabta tal-11.30.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu lir-raġel li ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Hemmhekk aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.