Tilef ħajtu Joe Attard il-Ġermaniż; wieħed miż-żewġt irġiel li nħarqu waqt li kienu qed jaħarqu xi materjal antik fil-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp f’Wieq Qirda, Ħaż-Żebbuġ fl-aħħar Sibt ta’ Jannar.
L-inċident seħħ fis-26 ta’ Jannar għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar tal-jum tas-Sibt.
Dakinhar membri mit-taqsima tal-Explosive Ordanance Department marru fuq il-post biex jassiguraw li ma baqa’ l-ebda periklu minħabba li mal-materjal li kien qed jinħaraq seta’ kien hemm xi taħlit ta’ splussiv.
Fil-viċinanzi tal-kumpless tan-nar inġabru wkoll numru ta’ ħbieb u diriġenti tal-istess kamra tan-nar.
Il-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan irreaġixxaw għal din l-aħbar fuq Facebook, fejn irringrazzjaw lil Joe tax-xogħol kollu li għamel għas-soċjetà matul is-snin.
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ irreaġixxa wkoll għall-aħbar u s-Sindku, il-Kunsilliera u l-istaff bagħtu l-kondoljanzi lill-qraba u l-membri kollha tal-Każin San Guzepp. Huwa rringrazzjah tal-kontribut tiegħu b’risq il-kommunita’ Żebbuġija.
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2019/01/26/spluzjoni-fkamra-tan-nar-fhaz-0zebbug/