Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li fl-aħħar ġimgħa ta’ dan ix-xahar, se jsir summit ieħor mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un fil-Vjetnam.
Waqt li kien qed jindirizza sessjoni tal-Kungress tal-Istati Uniti, il-President Amerikan wiegħed li se jinbena ħajt mal-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.
Filwaqt li appella għall-għaqda politika, il-President Repubblikan qal li għad fadal ħafna xi jsir, iżda r-relazzjoni tiegħu ma’ Kim Jong-Un hija waħda tajba.
Il-pjanijiet għal summit ieħor bejn iż-żewġ mexxejja ilhom għaddejjin mil-laqgħa storika f’Ġunju tas-sena l-oħra f’Singapor – li kienet l-ewwel waħda fl-istorja bejn President Amerikan u mexxej tal-Korea ta’ Fuq.