Huma bosta dawk li qed jilmentaw minħabba l-mod li bih ir-rapper Wiz Khalifa ippromwova lilu nnifsu jpejjep joint hawn Malta.
L-argument li ħafna qed jagħmlu huwa li l-liġi għandha tapplika għal kulħadd, inkluż għal Khalifa. Min jinqabd b’joint irid jidher quddiem tribunal lokali u jista’ jaffaċja multa.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis intalab jikkumenta waqt konferenza tal-aħbarijiet qabel il-kunċert Isle of MTV.