Il-Gvern Malti jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għad-dikjarazzjoni li għamlet l-Unjoni Ewropea u li flimkien mal-istati membri oħra jirikonoxxi lil Juan Guaidó bħala l-President ad interim tal-Veneżwela. Id-dikjarazzjoni li ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Jannar li għadda, bosta membri tal-Unjoni Ewropea ħeġġew lil Nicolás Maduro biex jieħu l-passi legali meħtieġa għall-ezzjonijiet presidenzjali demokratiċi fi żmien 8 ijiem.
Fl-istess jum, ir-Rappreżentant Għoli / Viċi President tal-Unjoni Ewropea ħareġ stqarrija f’isem it-tmienja u għoxrin stat membru tal-Unjoni Ewropea fejn iddikjara l-bżonn ta’ elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, trasparenti u kredibbli. Fin-nuqqas ta’ dan, l-Unjoni Ewropea se tieħu aktar azzjonijiet inkluż ukoll dwar il-kwistjoni tar-rikonoxximent tat-tmexxija tal-pajjiż, skont l-Artiklu 233 tal-kostituzzjoni tal-Venezwela.
Il-Gvern Malti jinnota li Nicolás Maduro għażel li ma jibda l-ebda proċess elettorali.