Litteralment goal li jheżżek. Ir-Royal Observatory of Belgium qed juża t-terminu Goalquake, biex ifisser it-theżżiż li jinħoloq mill-partitarji tal-futbol kull darba li jaqbżu bil-ferħ wara xi gowl. Dan f’riċerka kurjuża ferm li fiha qed jippublika t-theżżiziet irreġistrati fl-istazzjon Uccles fil-Belgju waqt il-logħob tal-futbol tal-istess pajjiż f’EURO 2016.
L-aħħar fost l-istampi ppublikati juru li fil-logħba tal-Belġju nhar il-Ħadd, l-ewwel gowl kmieni fil-logħba ma weriex differenzi ċari. Però it-tliet gowls lejn tmiem il-logħba jixhdu l-entużjażmu u l-qbiż tal-partitarji, li l-ferħ tagħhom ġie rreġistrat f’theżżiżiet żgħar imma sinifikanti. U wara rebħa mill-isbaħ ta’ 4-0 il-Ħadd, minjaf x’effett iħallu jekk jirbħu t-tazza!
Tgħid tkun ikbar minn dik li tinħass illejla jekk jinqalgħu t-Taljani jew l-Ingliżi?