Dalgħodu għall-ħabta tas-7.30 seħħet ħabta fi Triq Joe Gasan fil-Ħamrun bejn mutur misjuq minn Taljan residenti l-Ħamrun ta’ 28 sena flimkien ma’ vettura tat-tip Toyota Heintz misjuqa minn raġel ta’ 59 sena residenti Ħal Luqa.
Il-ġuvni ta’ 28 sena ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza wara li sofra xi ġrieħi. Il-kundizzjoni tiegħu għadha trid tiġi stabbilita.
Aktar dettalji mal-ħin.