Roderick Cilia mill-Isla ingħata sentenza ta’ disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li f’każ li seħħ f’Marzu ta’ erba’ snin ilu, ħebb għall-Pulizija li waqqfuh waqt roadblock.
Il-Qorti ma sabitux ħati li kellu d-droga fuqu, wara li l-Prosekuzzjoni naqqset li tipprova din l-akkuża.
L-akkużat ġie mmultat ukoll is-somma ta’ erbat elef u ħames mitt ewro.