Il-Parlament sellem il-memorja ta’ Paul Anthony Formosa, l-impenditur Malti li nqatel fis-Somalja. Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne f’isem il-Gvern wassal il-kondoljanzi lill-familja tas-Sur Formosa. Huwa qal li għadu kmieni wisq sabiex wieħed jikkummenta dwar dan il-qtil.
Mr Fearne qal li huwa kien f’kuntatt mal-ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, li jinsab imsiefer fuq xogħol tal-gvern, u huwa infurmat li l-Ministru Abela diġa’ għamel kuntatt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Somalu. “Bħala gvern qegħdin insegwu dak li qed jiġri f’dan il-każ u kif ikollna aktar informazjoni, inkunu nistgħu inwassluha uffiċjalment.”
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u l-iSpeaker Anġlu Farrugia ingħaqdu mal-Ministru Fearne fil-kondoljanzi.