Argument bejn żewġ studenti fl-iskola ta’ Pembroke wassal għal ġlieda bejn numru ta’ persuni ġol-bini tal-iskola sekondarja.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li allegatament l-argument bejn il-qraba beda wara li t-tmexxija tal-iskola bagħtet għal dawk responsabbli mill-istudenti kkonċernati sabiex tgħarrafhom bl-inċident. Madankollu fis-siegħa u l-ħin, żewġ persuni li kienu qed jakkumpanjaw lill-ġenitur ta’ wieħed mis-subien għamlu għall-istudent l-ieħor bil-konsegwenza li ġarrbu xi ġrieħi żewġ edukaturi li ppruvaw iferrquhom.
Fuq il-post issejħet ukoll l-assistenza Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.