Il-Malta Freeport esprima d-dispjaċir tiegħu għall-omiċidju ta’ Paul Anthony Formosa fis-Somalja. Fi stqarrija l-Freeport qal li Formosa għamel ftit anqas minn għoxrin sena jaħdem miegħu bħala operatur tal-krejnijet u lejn l-aħħar beda wkoll jikkumisjoni l-krejnijiet f’numru ta’ portijiet oħra tal-istess kumpanija li tmexxi l-Freeport.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Freeport qal li Paul kien ħaddiem ħabrieki, diliġenti u maħbub minn kulħadd. Qal ukoll li minkejja li ma baqax impjegat tal-Freeport Formosa kien imur ta’ spiss fit-terminal sabiex jiltaqa’ ma’ sħabu.