Diversi ħbieb u kollegi tal-maniġer Malti Paul Anthony Formosa jinsabu maħsuda bl-assassinju tar-raġel waqt il-qadi ta’ dmirijietu fis-Somalja. Rapporti tal-mewt tiegħu ħarġu aktar kmieni dalgħodu fuq diversi siti tal-midja internazzjonali.
Fost dawk li kkummentaw kien hemm ukoll il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.