Studju li sar fl-aħħar xhur juri kif bejn 39 u 57% tan-nisa immigranti f’pajjiżna u li ġejjin minn pajjiżi meqjusa tat-tielet dinja jgħaddu minn dik imsejjħa ‘Female Genital Mutilation’ fejn jitneħħewlhom il-ġenitali tagħhom.
Ta’ min jinnota li dan isir meta huma jirritornaw lura f’pajjiżhom, hekk kif dan il-proċess huwa llegali f’pajjiżna. Fost il-fatturi ewlenin li jwasslu għal dan hemm it-tradizzjonijiet.
Dettalji dwar l-eżitu ta’ dawn l-istudji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropew u l-Ugwaljanza Helena Dalli flimkien ma’ bosta uffiċċjali mill-Kummissjoni Ewropea u l-Fondazzjoni għad-drittijiet tan-nisa.