L-Istati Uniti mistennija jibatu mal-elfejn suldat ieħor fil-fruntiera tagħhom mal-Messiku. B’hekk in-numru ta’ uffiċjali mal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi se titla’ għal madwar 4,300.
Il-Pentagon qalu li s-suldati se jgħinu lill-aġenti għassa mal-fruntiera, jissorveljaw il-fruntiera, u jwaħħlu kilometri sħaħ ta’ razor wire – ilqugħ bix-xfafar tal-ħadid – bħala deterrent biex ma jkunx hemm min jaqsam il-fruntiera illegalment.
Dan il-pass wasal wara nuqqas ta’ qbil dwar il-bini ta’ ħajt bejn l-Istati Uniti u l-Messiku, li wassal għall-itwal shutdown fl-istorja tal-Gvern Amerikan.