Il-Partit Laburista qal li Adrian Delia ma qabadx art. Dan meta kien qed iwieġeb għal stqarrija oħra ta’ Delia li l-ekonomija kibret bil-popolazzjoni.
Il-Partit Laburista qal ukoll li mhux biss ma jafx kif taħdem l-ekonomija, iżda jrid jieħu lil Malta mill-ġdid lejn riċessjoni.
Biex ikun kredibbli kif iżomm l-istabilità fil-pajjiż, Delia irid l-ewwel iġib stabilità fil-partit tiegħu, xi ħaġa li qatt ma rnexxielu jagħmel.