Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga matul il-lejl li għadda wasslet għall-arrest ta’ erba rġiel, wieħed minnhom Taljan, u mara.
L-età tagħhom tvarja bejn is-17 u s-36 sena, u ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess tad-droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis.
It-Taljan kien arrestat fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville, filwaqt li t-tfajla u t-tliet irġiel l-oħra ġew arrestati waqt li kienu fi stabbiliment tad-divertiment fiż-Żurrieq.
L-4 li huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.