Bdiet it-tfittxija taħt il-baħar għall-ajruplan nieqes li fuqu kien hemm il-plejer tal-futbol, Emiliano Sala u l-pilota.
L-ajruplan għeb fil-21 ta’ Jannar li għadda.
L-Air Accidents Investigation Branch qalet li t-tfittxija kienet mistennija ddum 3 ijiem, filwaqt li t-tfittxija privata mistennija tkompli sakemm jiġi lokalizzat l-ajruplan.
Intant, it-Tnejn li għadda nstabu cushions mill-ajruplan fuq bajja qrib Surtainville.
L-Arġentinjan Sala, ta’ 28 sena u Ibbotson ta’ 59 sena kienu qed jivvjaġġaw minn Nantes, meta l-ajruplan għeb.