L-attur Clive Swift , li ħafna jafuh bħala Richard Bucket fis-sensiela komika Keeping Up Appearances miet illum.
L-attur miet dalgħodu wara marda qasira. Hu miet id-dar mdawwar bil-familjari tiegħu.
Huwa twieled f’Liverpool fid-9 ta’ Frar tal-1936. Il-ġenituri tiegħu kellhom ħanut tal-għamara f’Bootle.
Swift kien jifforma parti mill-għaqda Royal Shakespeare Company.