Żewġ uffiċjali tal-Pulizija Franċiża nstabu ħatja li stupraw turista Kanadiża fil-kwartieri tal-Pulizija f’Pariġi fl-elfejn u erbatax.
Dawn ġew ikkundannati seba’ snin ħabs kull wieħed.
Il-vittma li għandha 39 sena qalet fil-Qorti li hi kienet mistiedna għal żjara fil-kwartieri fejn spiċċat stuprata.
Minkejja li dejjem wieġbu mhux ħatja għall-akkużi ta’ stupru u baqgħu jinsistu li l-vittma tat il-kunsens tagħha għal atti sesswali magħhom it-tnejn, Qorti f’Pariġi sabithom ħatja u kkundannathom il-ħabs.