Il-Partit Popolari Spanjol tal-Prim Ministru Mariano Rajoy rebaħ il-maġġoranza ta’ siġġijiet fl-elezzjoni parlamentari fi Spanja li saret ilbieraħ.
Dan minkejja li ma ġabx il-maġġoranza tal-voti, u ġab biss 33%. Filfatt il-partit ta’ Rajoy kiseb 137 siġġu minn 350, li jfissru 14-il siġġu aktar mill-elezzjoni ta’ Diċembru li għadda.
Il-Partit ewlieni l-ieħor fi Spanja, dak tas-soċjalisti ġie fit-tieni post. L-alleanza Unidos Podemos u dak taċ-ċentru lemini ġew fit-tielet u r-raba’ post. Il-vot għalhekk falla milli jkisser l-imblokk politiku ta’ sitt xhur mill-aħħar elezzjoni inkonklusiva.
Rajoy xorta waħda sostna li rebaħ l-elezzjoni u li għalhekk il-Partit tiegħu għandu dritt li jiggverna. Il-partit soċjalista kiseb 22.7% tal-voti u 85% deputat, il-Podemos rebaħ 71 siġġu u l-partit moderat bi 32 deputat.