F’intervista ma’ The New York Times, il-President Amerikan Donald Trump kellu kliem iebes kemm għall-investigazzjoni b’rabta mal-allegat indħil Russu fl-elezzjoni li bħalissa qed imexxi Robert Mueller, kif ukoll it-taħdidiet li għaddejjin bħalissa dwar il-famuż ħajt li jrid jibni biex joħloq barriera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.
Il-President Trump qal li n-negozjati fil-Kungress dwar l-allokazzjoni tal-fondi għal dan il-ħajt kienu biss ħela ta’ ħin, u qal li l-avukati tiegħu kienu assigurati li l-President mhux fil-mira tal-investigazzjoni tal-indħil Russu fl-elezzjoni Presidenzjali.
Intant, fuq il-midja soċjali, Trump iddeskriva lill-gazzetta li ppublikat l-intervista miegħu bħala waħda falluta.