Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne ħabbar li bħala parti mill-programm tal-Gvern biex isaħħaħ il-prevenzjoni kontra l-mard infettiv, bdew proċeduri biex tinxtara l-vaċċin Pneumoccal Conjugated vaccine għat-tfal. Dr Fearne qal din ser tkun qed tingħata aktar tard din is-sena. Bħalissa l-Gvern jagħti b’xejn il-vaċċin tal-aktar meningitis komuni.