l-membri parlamentari fil-House of Commons f’Londra vvutaw kontra proposta li jagħti dewmien għal BREXIT.
Din l-emenda mressqa mill-membru parlamentari tal-Partit Laburista Ingliż Yvette Cooper m’għaddietx bi tlieta u għoxrin vot.
Din l-emenda kellha l-għan li ttawwal il-proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u b’hekk jonqsu ċ-ċansijiet li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.
Il-Prim Ministru Ingliż appellat biex il-Parlament Ingliż jivvota favur emendi li jwasslu biex hi terġa’ tiftaħ xi negozjati fuq il-ftehim ta’ BREXIT mal-Unjoni Ewropea.
Dan għalkemm il-mexxejja Ewropej għadhom qed isostnu li l-ftehim negozjat mal-Gvern Ingliż mhux qiegħed hemm biex jerġa’ jinfetaħ għan-negozjati.
Ġie rapurtat li matul il-jum Theresa May għamlet numru ta’ telefonati ma’ mexxejja Ewropej dwar din il-kwistjoni.
Bħalissa fil-House of Commons qed jittieħdu numru ta’ voti fuq emendi tal-pjan ta’ May dwar BREXIT.