Iktar tard illum eżattament fil-5pm mistennija jitilgħu l-poloz għas-Semi Finalisti tal-Eurovision 2019 fil-Mużew tal-Arti, f’Tel Aviv.
Għaċ-ċeremonja se jkun hemm is-Sindku ta’ Tel Aviv, Ron Huldai, il-Viċi Sindku ta’ Lisbona, Duare Cordeiro, l-Uffiċjal mill-Eżekuttiv tal-Eurovision Song Contest, Jon Ola Sand u d-Direttur Ġenerali ta’ KAN, Eldad Koblenz.
Il-poloz se jittellgħu wara ċ-ċeremonja li se sservi bħala bidu għall-Eurovision tal-2019, li din is-sena se jkun f’Tel Aviv.