Iż-żieda fil-kummenti dispreġjattivi li jsiru onlajn lejn id-Dukessi Brittanniċi Kate u Meghan xprunat lill-magażin partikolari biex iniedi kampanja li tħeġġeġ lin-nies ikunu aktar konxji ta’ x’jiktbu fuq il-mezzi soċjali.
Fl-Ingilterra kemm Meghan, id-Dukessa ta’ Sussex, u Catherine, id-Dukessa ta’ Cambridge huma soġġetti għall-abbuż virtwali. Dan meta s-sapporters ta’ Kate jieħduha qatta bla ħabel kontra s-sapporters ta’ Meghan.
Dan ġara wara li kien hemm bosta aħbarijiet fil-ġurnali Brittanniċi li ż-żewġ Dukessi kellhom argumenti bejniethom.
“Il-kummenti jvarjaw mill-apparenza sal-mixja tad-Dukessi”.
Il-magażin nieda l-kampanja HelloTo Kindness illum, spirat mill-kummenti li seħħew onlajn. Din il-kampanja tħeġġeġ bidla fil-komunikazzjoni ta’ bejnietna meta nkunu onlajn.