L-għaqda tal-ibbalzmar tal-annimali ħejjiet wirja tal-annimali bbalzmati fil-Buskett.
Għal din l-esibizzjoni ġew esebiti aktar minn mija u erbgħin għasfur u papra wara li jkunu inqatlu għall-ikel. Apparti dawn l-għasafar hemm ukoll numru ta’ annimali salvaġġi li nġiebu f’pajjiżna wara li kienu mietu.
David Falzon, dilettant tal-ibbalzmar tal-annimali spjega kif kull annimal li hemm fil-wirja ġie kkaċċjat b’mod legali jew inkella nxtara minn zoo wara li jkun miet.
Falzon qal li “L-annimali hemm minnhom ikunu imrobbija li jkunu f’zoos u jkunumietu. Dawn flok jintremew jiġu bbalzmati. Apparti hekk f’ċerti pajjiżi hemm annimali li f’ċerti pajjiżi jkunu jistgħu jiġu jiġu kkaċjati u jidħlu malta b’mod legali”
Għal din l-esibizzjoni ġew ġurija internazzjonali li evalwaw il-kwalità tax-xogħol tal-ibbalzmar li sar kollu f’pajjiżna.
Falzon saħaq ukoll li dan ix-xogħol li ħafna jqisuh bħala arti isir kollu skond il-liġi u l-annimali kollha li jiġu bbalzmati għandu jkollhom iċ-ċurkett li permezz ta’ numru uniku jidentifika l-oriġini tal-annimal.