Fil-Brażil, madwar tliet mitt persuna għadhom rapurtati nieqsa wara li diga tal-ilma ċediet.
Dan l-inċident wassal biex il-ħama niżlet b’saħħa enormi u għattiet kafeterija li f’dak il-ħin kien hemm fiha numru ta’ ħaddiema.
Sa issa disa’ persuni nstabu mejta u l-ħaddiema ta’ salvataġġ qegħdin f’ġirja kontra l-ħin biex jippruvaw isalvaw xi nies.
Dan għalkemm kelliem għall-operazzjoni tas-salvataġġ saħaq li hemm possibilità remota ħafna li jinstabu xi nies ħajjin.