Fi stqarrija b’rabta ma’ Brexit il-Gvern ta’ Malta qal li minn nhar it-Tnejn li ġej (28 ta’ Jannar) ser tiġi attivata helpline għall-mistoqsijiet fuq l-effetti u l-konsegwenzi ta’ Brexit, kif tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata nhar l-Erbgħa li għadda.
Lokalment din il-helpline ser tkun fuq il-pjattaforma ta’ servizz.gov permezz tal-freephone 153.
Fir-Renju Unit ser tiġi mnedija helpline oħra nhar it-Tnejn li ġej ukoll permezz tal-Kummissjoni Għolja Maltija fir-Renju Unit ibbażata f’Malta House f’Londra, fuq in-numru 02072924800 matul il-ħinijiet tal-uffiċċju u wara il-ħinijiet tal-uffiċċju, il-pubbliku jista’ juża l-helpline 07836503990.
Il-Gvern nieda ukoll informazzjoni fuq il-konsegwenzi u l-effetti ta’ Brexit fuq il-link: https://www.gov.mt/en/Pages/brexitfactsheet.aspx