Is-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità Anthony Agius Decelis nieda skema ġdida bil-għan li aktar persuni b’diżabilità jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi.
F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbru d-dettalji tal-iskema, il-Kummissarju għall-Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna qal li din l-iskema se tagħti aktar kuraġġ lill-atleti b’diżabilità jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet barra minn xtutna.
Is-Sur Scicluna qal li hu seta’ jitkellem personalment dwar il-benefiċċju ta’ din l-iskema gekk kif għamel perjodu taż żmien jipprattika sport mingħajr is-sosten ta’ ħadd..
Is-Segrearju Parlamentari Agius Decelis qal li l-persuni b’diżabilità jistgħu jikkwalifikaw sa massimu ta’ erba’ mija u ħamsin ewro mill-ispejjez li jkunu għamlu u sosnta li permezz tagħha l-Gvern qed ikompli juri l-prinċipji li jemmen fihom.