Il-Kummissjoni Elettorali kkonfermat li l-għadd tal-voti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsili Lokali f’Mejju li ġej se jintgħaddu permezz tas-sistema elettronika l-ġdida. Fi stqarrija, il-Kummissjoni wieġbet għal rapporti fil-midja u qalet li tinsab sodisfatta li s-sistema tiggarantixxi riżultat korrett.
Il-kummissjoni saħqet li hija fiduċjuża li din id-darba r-riżultat finali tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ikun magħruf qabel, jiġifieri kmieni fil-lejl tal-Ħadd tas-sitta u għoxrin ta’ Mejju jew sbieħ it-tnejn filgħodu. Dan filwaqt li huwa ppjanat li l-voti tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jingħaddu bejn id-29 u l-31 ta’ Mejju.